Ingredjenti:
Kilo qara ħamra, imqatta’ dadi
Tlett patatiet kbar, imqatta’ dadi
Żewġ imgħaref kunserva
Bżar u melħ skont il-gosti tiegħek
Nofs kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Dada tal-istokk tal-ħaxix
Daqs litru ilma kiesaħ
Tazza krema friska, jew żewġ tazzi Hopla Light
Għat-tiżjin:
Basla ħadra mqatta’ roti rqaq
Ftit tursin frisk imqatta’ rqiq
Ġobon maħkuk
Metodu:
- Poġġi l-biċċiet tal-qara ħamra u l-patata ġo borma kbira.
- Qatta’ d-dada tal-istokk f’biċċiet żgħar u żidha fil-borma.
- Żid il-kunserva, iż-żejt, il-bżar u l-melħ.
- Żid l-ilma sakemm tara li l-ingredjenti li għandek ġol-borma tgħattew. Iżżidx wisq ilma. Ħawwad kollox sew.
- Poġġi l-borma fuq nar baxx u ħalliha ttektek għal bejn 30 u 40 minuta, sakemm tara li l-qara ħamra u l-patata rtabu sew. Kultant tiha taħwida.
- Kif tara li saru sew, neħħi l-borma minn fuq in-nar.
- Issa għaffeġ l-ingredjenti kollha sew, jew bl-idejn jew b’food mixer, sakemm ma jibqalekx biċċiet.
- Żid il-krema friska jew il-hopla light fil-borma u ħawwad jew iblendja sew.
- Erġa’ poġġi l-borma fuq in-nar għal 5 minuti. Itfiha u ħalliha toqgħod imqar għal 10 minuti.
- Qassam fi platti u żejjen il-wiċċ bi ftit basal aħdar. ġobon maħkuk u tursin.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi