Jum l-Erwieħ Kollha, fil-Kattoliċiżmu Ruman, huwa jum iddedikat għal dawk il-mejtin li huma mgħammdin bħala nsara u li huma maħsuba li jinsabu fil-purgatorju, u jiġi osservat fit-2 ta’ Novembru.
Id-duttrina Kattolika Rumana ssostni li t-talb tal-fidili jgħin lil dawn l-erwieħ biex jitnaddfu mid-dnubiet u jingħaqdu m’Alla fil-ġenna, għalhekk dan il-jum huwa ddedikat għat-talb u t-tifkiriet. Issir ukoll quddies, u ħafna nies iżuru l-oqbra tal-maħbubin tagħhom.
Minn eluf ta’ snin ilu, ċerti jiem kienu ddedikati għalll-interċessjoni tal-mejtin. L-istituzzjoni tal-jum għall-interċessjoni ġenerali fit-2 ta’ Novembru hija dovuta lil Odilo, abbati ta’ Cluny. Id-data li saret prattikament universali qabel tmiem is-seklu 13, intgħażlet biex issegwi Jum il-Qaddisin Kollha.
Wara li tiċċelebra Jum il-Qaddisin Kollha, l-għada l-knisja tfakkar dawk l-erwieħ maħsuba li għadhom fil-purgatorju.
Is-saċerdoti jiċċelebraw il-quddies lebsin ilbies ta’ kulur differenti, iswed, għal-luttu, vjola, li jissimbolizza l-penitenza jew abjad, li jissimbolizza t-tama tal-qawmien.
