Ir-rapper Maltija Shyli Rose, li partikolarment mis-sena l-oħra kienet fiċ-ċentru ta’ kontroversja relatata mal-istil ta’ ħajja tagħha u l-pornografija, għadha kemm nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Tbikkinix.

B’kitba u produzzjoni ta’ Shyli Rose stess, Tbikkinix hija kanzunetta li tesprimi emozzjonijiet profondi ta’ niket u uġigħ ikkawżati minn relazzjoni tossika, u fl-istess waqt tgħaddi messaġġ biex issib il-kuraġġ u toħroġ mid-dlam li wieħed jista’ jkun jinsab fih u jimxi ‘l quddiem.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks