Select Page

Jidher li l-kundizzjoni tal-kantanta ta’ fama mondjali Celine Dion hija ferm aktar gravi milli wieħed seta’ jaħseb.

Wara li ftit ġimgħat ilu, kontra qalbha kellha tikkanċella l-kunċerti tagħha għax-xahar id-dieħel u l-bidu tas-sena d-dieħla, qarib tagħha stqarr mal-midja li qed issofri minn uġigħ f’saqajha li qed jipparalizzaha u m’għadhiex tista’ tqum mis-sodda, tiċċaqlaq jew timxi.

Żied jgħid li din il-marda tista’ twassal lil Celine Dion li jkollha tieqaf mill-karriera mużikali tagħha għal diversi xhur, jew saħansitra għal sena, bit-tama li jirnexxilha tirkupra minnha, għaliex is-sintomi huma aktar inkwetanti milli kien mistenni.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks