Il-Prinċep ta’ Wales iltaqa’ mal-istilla ta’ Hollywood Leonardo DiCaprio hekk kif ilbieraħ attenda avveniment speċjali mad-disinjatriċi tal-moda Stella McCartney.

Il-Prinċep Charles u l-istilla tat-Titanic tkellmu privatament waqt li iż-żjara tagħhom gwidata mid-disinjatriċi tal-wirja fil-Kelvingrove Art Gallery fi Glasgow.

Ir-Re futur kien qed jattendi l-avveniment bħala parti mis-summit tal-COP26.

L-istilla ta’ The Wolf of Wall Street huwa attivista tat-tibdil fil-klima, jaħdem fuq għadd ta’ dokumentarji dwar il-kaċċa tal-annimali u l-ambjent, u nħatar bħala rappreżentant tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima fl-2014.

Fost l-oġġetti f’din il-wirja kien hemm handbags magħmula minn ġilda tal-faqqiegħ vegan, imkabbra fil-laboratorju u boots tal-futbol vegan futuristiċi, li d-disinjatriċi ħolqot b’kollaborazzjoni mal-istilla ta’ Manchester United Paul Pogba u Adidas.

L-attur kiem mistieden ta’ Stella u t-tlieta li huma tkellmu flimkien għal madwar għaxar minuti qabel ma d-disinjatriċi ingħaqdet f’diskussjoni diretta ma’ esperti tal-industrija dwar il-waqfien tal-użu tal-ġilda u l-pil tal-annimali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks