L-allegazzjoni splussiva tal-istilla tat-tennis Ċiniża kontra eks mexxej tal-Istat ġiet maħnuqa b’ċensura ġenerali, bl-awtorità jippruvaw iħassru kwalunkwe referenza ta’ skandlu politikament sensittiv li kien hemm fuq il-midja soċjali Ċiniża.

L-istilla tat-tennis Peng Shuai, ta’ 35 sena, nhar it-tlieta filgħaxija, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali li ġiet imħassra 30 minuta wara li ttellgħet, akkużat lil Zhang Gaoli, wieħed mill-ogħla uffiċjali tal-Partit Komunista ta’ dak iż-żmien, li madwar 10 snin ilu għamlilha pressjoni biex tagħmel sess miegħu. Il-profil tal-midja soċjali tagħha ġie mħassar ukoll sigħat wara li tellgħet il-post.

Screenshots tal-post oriġinali ta’ Peng komplew jiċċirkolaw b’mod wiesa’ fuq il-midja soċjali anki waqt l-isforz tal-gvern biex iħassar kull traċċa ta’ allegazzjoni.

Din hija l-ewwel akkuża ta’ dan it-tip kontra uffiċjal għoli tal-Partit Komunista.

La Peng u lanqas Zhang, li llum huwa rtirat u għandu 75 sena ma kienu disponibbli biex jiġu kkuntattjati mill-midja.

L-urġenza biex titħassar il-post tagħha tirrifletti wkoll is-sensittività estrema tar-rimarki tagħha, li jaslu hekk kif il-mexxejja tal-Partit Komunista jiltaqgħu f’Beijing għas-Sitt Plenum, laqgħa politika importanti li matulha l-istat jinsab fuq allert kbir għal kull sinjal ta’ diżkord.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks