Minn għada l-Ġimgħa l-5 ta’ Novembru, wirja bl-isem ta’ Onda se tkun miftuħa għall-pubbliku sat-12 ta’ Novembru.

Din il-wirja se tippreżenta 11-il biċċa xogħol tal-arti filigrana. B’kollaborazzjoni bejn l-artisti Karen Caruana u Kevin Attard, il-wirja se tkun qed tgħaqqad disinn kontemporanju ma’ xogħol klassiku tal-filigrana.

Il-biċċiet li se jintwerew fil-wirja mhumiex biċċiet tal-ġojjellerija li jintlibsu.

L-isem Onda ġej mill-“mewġ ta’ kreattività” li esperjenzaw iż-żewġ artisti li ħadmu mill-qrib biex jipproduċu dan ix-xogħol. B’din il-kollaborazzjoni huma setgħu jużaw il-kreattività ta’ xulxin biex joħolqu kunċett ġdid affaxxinanti u innovattiv għal teknika msejsa fit-tradizzjoni.

Il-wirja se tittella’ f’Desko, Studio 104 fi Triq Santa Luċija, il-Belt Valleta.

Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tlieta sal-Ġimgħa: 11:30 sas-2 ta’ waranofsinhar u mill-4 ta’ waranofsinhar sas-7 ta’ filgħaxija.

Sibtijiet: Minn nofsinhar sal-4 ta’ waranofsinhar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks