Pfizer ħabbret li din Il-pillola ġdida tnaqqas b’89% ir-riskju li persuna pożittiva għall-Covid-19 li tispiċċa l-isptar jew tmut.

Ir-riżultati jidhru li jaqbżu dawk li dehru bil-pillola Molnupiravir ta’ Merck Sharp and Dohme (MSD), li għadha kemm ġiet approvata għall-użu fir-Renju Unit.

Il-pillola hija maħsuba li tingħata lil nies f’riskju għoli ta’ mard sever ftit wara li jiżviluppaw is-sintomi.

Pfizer qaler li waqqfet it-testijiet kliniċi kmieni peress li r-riżultati li nkisbu dehru li huma pożittivi ħafna.

It-trattament jaħdem kemxejn differenti mill-pillola Molnupiravir.

Il-pass li jmiss issa huwa li tiġi approvata mill-Awrorità tal-Ikel u l-Mediċini Amerikana (FDA) biex din Il-pillola tkun tista’ tibda tingħata.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks