Hekk kif qed noqorbu għal tmiem ġimgħa oħra, wasalna għal Sibtek ieħor!
Din id-darba il-mistednin huma kollha kantanti popolari u kollha kemm huma għandhom xi esperjenza tad-daħk x’jaqsmu magħna.
Il-mistednin se jkunu JAnvil, Andreana Debattista, Jasmine Abela u Aidan Cassar.
Waħda minn dawn il-mistednin se tiltaqa’ ma’ persuna għal blind date.
Sorpriża oħra waqt Sibtek li jmiss hija l-Prank Call li saret mit-tim ta’ Sibtek fuq xi kantant jew kantanta minn dawn!!!
Hemm min se jmur lura fiż-żmien permezz ta’ Sibtek li jmiss ukoll, għax se jerġa’ jiltaqa’ mal-passat tiegħu! Imma kif?!
Il-mistednin, diversi ħbieb ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorprizi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding u dawn il-kantanti ma jonqosx li jkantaw ukoll lajv kanzunetti popolari Maltin!
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar li jagħmel kumpanija lill-familja kollha għaliex waqt Sibtek tistenna minn kollox!
Ryan u Josmar se jżommulna kumpanija assoluta għal Sibt ieħor, mill-12:15 ‘l quddiem fuq TVM.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, mela dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
