L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tgħid li n-numru ta’ każijiet tal-Covid-19 żdied fl-Ewropa għall-ħames ġimgħa konsekuttiva, li jagħmilha l-uniku reġjun dinji fejn il-Covid-19 għadu qed jiżdied.

Fir-rapport tagħha ta’ kull ġimgħa dwar il-pandemija, l-aġenzija tas-saħħa tan-Nazzjonijiet Uniti qalet li l-każijiet ġodda qabżu b’6% fl-Ewropa meta mqabbla ma’ żieda ta’ 18% fil-ġimgħa ta’ qabel. In-numru ta’ kull ġimgħa ta’ infezzjonijiet ġodda f’reġjuni oħra jew naqas jew baqa’ bejn wieħed u ieħor l-istess, skont ir-rapport.

L-aktar tnaqqis qawwi deher fil-Lvant Nofsani, fejn il-każijiet ġodda naqsu bi 12%, u fix-Xlokk tal-Asja u l-Afrika, fejn naqsu b’9%.

B’mod ġenerali, 3 miljun każ fil-ġimgħa ġew irrappurtati globalment, jgħid ir-rapport. In-numru ta’ mwiet kkawżati mill-Covid-19 madwar id-dinja żdied bi 8%, partikolarment fix-Xlokk tal-Asja, fejn l-imwiet żdiedu b’50%.

Ir-rara ta’ infezzjoni tal-Covid-19 kienet bil-bosta l-ogħla fl-Ewropa, li rrappurtat madwar 192 każ ġdid għal kull 100,000 ruħ, segwita mill-Amerika, kellha madwar 72 każ ġdid għal kull 100,000.

L-Ingilterra, ir-Russja, it-Turkija u r-Rumanija rrappurtaw l-akbar żieda fil-każijiet.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks