Ingredjenti (għal madwar 10 Churros):

200g dqiq plain

Kwart ta’ kuċċarina baking powder

Kwart ta’ kuċċarina melħ

Mgħarfa żejt ta’ żebbuġa

250ml misħun jagħli

50g castor sugar

Kuċċarina cinnamon

Żejt għall-qali (Irid ikollok tal-anqas żewġ pulżieri żejt ġo kazzola jew taġen fond)

Metodu:

  • L-ewwel ibda billi tipprepara kollox.
  • Fi platt fond ħawwad il-castor sugar mas-cinnamon.
  • Ġo skutella kbira itfa d-dqiq, il-baking powder u l-melħ. Ħawwadhom sew.
  • F’buqar ħawwad sewwa l-misħun jagħli u ż-żejt taż-żebbuġa.
  • Issa ferra’ t-taħlita tal-misħun u ż-żejt ġol-iskutella li fiha t-taħlita tad-dqiq.
  • Ħawwad sew sakemm ikollok taħlita qisha pejst.
  • Imla ‘piping bag’ bit-taħlita tal-pejst. Preferibilment il-piping bag ikollu nozzle forma ta’ stilla.
  • Saħħan iż-żejt fir-reċipjent li se tuża biex taqli. U kif jibda jagħli sew, itfa’ t-taħlita ftit ftit direttament minn ġol-piping bag għal ġoż-żejt ibaqbaq.
  • Aqli sakemm jiħmaru minn kull naħa.
  • Imbagħad tellagħhom bil-mod b’imgħarfa mtaqqba.
  • Poġġihom fuq karti tal-kċina għal ftit sekondi u għaddihom mit-taħlita taz-zokkor u s-cinnamon sakemm jinksew sew.
  • Servihom sħan ma’ ċikkulata mdewba jew ġelat.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks