Il-ministeru tal-agrikoltura u l-ambjent fil-Ġermanja irrapporta li nstabet tifqigħa tal-influwenza tat-tjur H5N1 patoġenika ħafna f’razzett ieħor fil-grigal tal-Ġermanja.

Il-marda ġiet ikkonfermata f’razzett żgħir f’Hohenkirchen fl-istat ta’ Mecklenburg-Vorpommern, fejn instabu madwar 17-il tiġieġa, 28 papra u żewġ wiżż. Dan huwa t-tielet każ fil-Ġermanja.

L-influwenza tat-tjur, li ħafna drabi tinfirex minn pajjiż għall-ieħor mill-għasafar selvaġġi li jemigraw, ilha tinfirex b’rata mgħaġla fl-Ewropa, u qajmet tħassib fl-industrija tat-tjur wara li tifqigħat preċedenti wasslu għall-qtil ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ għasafar u restrizzjonijiet tal-kummerċ internazzjonali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks