Il-preżentatriċi u attivista favur id-drittijiet tal-annimali Moira Delia telqet ‘il barra mill-programm Insights li jixxandar fuq TVMNews+, wara li Chris Borg, sid ta’ żu f’Malta akkużaha li qed tigdeb waqt argument jaħraq li qam bejniethom dwar ors.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Moira Delia qalet li telqet mill-programm għaliex hi mhix giddieba u ma taċċetta qatt li persuna tgħidilha giddieba għal ħafna drabi mingħajr iċ-ċans li tesprimi l-punt tagħha.
Żiedet tgħid li xogħolha tieħdu bis-serjetà u m’għandhiex għalfejn tigdeb, u li l-interess tagħha hu biss li tkun il-vuċi tal-annimali.
Ikkumenta
