Act tfisser azzjoni, Aeon hija kelma antika, tfisser għal żmien twil, jew eternità.


In-narrattiva tal-istorja tgħid kif dan il-kaċċatur famuż fi żmien il-Griegi l-antiki, daħal ġewwa l-foresta fejn ma kellux jidħol. Post fejn ma kienx permess għall-bnedmin li jidħlu. Actaeon, ‘Atteone’ daħal xorta. Għelbitu l-kurżità. Hemm sab ‘l Alla Artemis, Diana għar-Rumani, din inħasdet u sparatlu vleġġa u trasformatu f’ċerva. Dan ħarab jiġri u l-ħoss li beda jagħmel, dak ta’ ċerva, ġibed l-attenzjoni tal-klieb tal kaċċa tiegħu stess. Il-klieb sabuh u qattgħuh biċċiet.


Din hija verżjoni waħda mit-traġedja ta’ Actaeon. Fil-wirja, Navarro jieħu spunt mill-moralità tal-istorja. Diana hija n-natura li għandha bżonn postha, Actaeon, kif ukoll oħrajn bħal Sipriotes u Orion, il-bniedem. Il-bniedem għandu ħafna kwalitajiet tajbin, il-kurżità hija waħda minnhom, imma l-bniedem iħobb ukoll jiddomina u jbiddel ta’ madwaru.


In-natura għandha bżonn l-ispazju tagħha, ladarba aħna ma nirrispettawx in-natura, kemm aħna kapaċi nirrispettaw in-natura umana? Il-kundizzjoni umana? Dan hu dak li se tirrapreżenta l-wirja Act Aeon.

Il-wirja Act Aeon se tittella’ mit-12 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija sat-3 ta’ Diċembru, fil-Malta Postol Museum, 135, Archbishop Street, Valletta.

Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – Mill-10 ta’ filgħodu sal-4 ta’ waranofsinhar.

Is-Sibt – Mill-10 ta’ filgħodu sas-2 ta’ waranofsinhar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks