Ir-risposti ta’ Ira Losco għad-domandi tagħkom!
Il-ġurnata tiegħek tkun impenjattiva bix-xogħol u bit-tfal. Il-ġurnata tippjanaha minn qabel, u kif tqassamha? Ibqa’ sejra hekk għax lili taffaxxinani. – Michelle De Battista
Naħseb bħal ħafna ġenituri indunajt li meta tippjana il-ħajja tkun aktar faċli. Biex tippjana fiha biċċa xogħol fiha nniffisa, però ngħiduha kif inhi mbgħad l-affarijiet isiru hux. Is-saħħa hija importanti wisq kemm fiżika kif ukoll mentali. Dik hija l-isfida ta’ kuljum.
Nistqarr magħkom li l-ewwel sena ta’ tarbija nsibha diffiċli, jien ma nafx kif kienu jagħmlu n-nisa b’xi għaxart itfal, però l-ħajja kienet ukoll differenti ħafna u kienet forsi inqas mgħaġla. Insib ħafna għajnuna mill-ġenituri tiegħi u mill-kunjati wkoll.
Min minnkom isajjar id-dar? – Jack Attard
Jien insajjar l-ikel ta’ kuljum, Sean isajjar nhar ta’ Ħadd meta jkun id-dar jew f’okażjonijiet speċjali.
Tqisek bħala persuna spiritwali? – Carmen Sammut
Iva ta. NIxtieq għandi aktar ħin biex nimmedita u nkun iktar fil-paċi.
Xi jdejqek l-iktar fil-ħajja? – Michelle De Battista
Nies li jassumu u jfittxu is-sezzjoni tal-kummenti biex ikunu ħodor. U nies li ma jiftħux moħħhom.
Liema kien l-iktar perjodu ta’ sfida f’ħajtek? – Doreen Pace
Għalija l-ewwel snin ta’ ħajjet it-tfal sibthom diffiċli minħabba n-nuqqas ta’ rqad. Jien m’iniex xi waħda li norqod ħafna allura meta tnaqqasli minn dak il-ftit irqad insibha diffiċli li niffunzjona.
X’kienet l-akbar avventura li qatt għamilt? – Pauline Micallef
Il-ħajja kollha avventura għalija. NIxtieq insiefer ħafna aktar. Għad fadalli x’nagħmel u nara.
L-iktar ħaġa ta’ riskju li qatt għamilt kienet Aerobatic Flight.
Xi tħoss meta tgħid le lill-kontestanti f’X Factor? – Sylvia Sultana
Tidejjaq hux però nippreferi nkun onesta milli ngħid iva meta ma tkunx meritata. Fl-aħħar minn l-aħħar rebbieħ/a wieħed/waħda se jkun hemm.
Kieku jagħtuk parti f’sensiela televiżiva Maltija, taċċetta? Grazzi u ibqa’ agħtina gost bil-mużika u quddiem il-kamera. – Ivor Sammut
L-ewwel irid ikolli l-ħin! Il-filming jieħu ħafna ħin. Inħobb nirreċta però ma naħsibx li huwa perkors għalija bħalissa.
Ġieli kont f’mument serju u ma stajtx tieqaf tidħak? – Sarah Calleja
Rari. Jien imdorrija nżomm serja ħafna. Anke jekk jien m’iniex serja affatt. Però vera ma nbatix mid-daqquqa.
Taħseb li għad terġa’ tieħu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest? – Michelle Se Battista
Jien qatt ma ngħid qatt però mhuwiex pjan tiegħi fil-futur ġejjieni.
