John Busuttil (il-Bużu), Justin Haber, Jade Cini u William Mangion huma l-mistednin ta’ Ryan u Josmar waqt Sibtek li jmiss.
Xi ħadd minnhom se jiltaqa’ ma’ persuna li hija ffissata fuqu, waħda minn dawk il-fans il-kbar, u se jispiċċaw biex ikollhom blind date flimkien!
Xi ħadd ieħor se jkollu sorpriża oħra, għax waqt dan il-programm se tirritorna l-VIP house! Se naraw tour dettaljat tad-dar ta’ xi ħadd minn dawn il-personalitajiet.
Ċertament li ċ-ċajt f’dan l-istaġun ta’ Sibtek qed jinżel għasel mas-segwaċi u ċ-ċajta fil-programm li jmiss mhix se tonqos! Imma din id-darba ċ-ċajta se tkun lajv fl-istudjow!
Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Il-koppja favorita tagħna Ryan u Josmar iżommulna kumpanija kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem.
Programm ieħor ta’ Sibtek li m’għandekx titlef!
