Cynthia, tirrakkonta kif darba fost l-oħrajn sabet xi affarijiet relatati mad-droga u saret taf li t-tifla tagħha Gianella qed tieħu d-droga.

Tirrakkonta kif mill-ewwel bdew jagħtuha l-għajnuna tagħhom iżda baqgħet tabbuża mid-droga, saħansitra għamlet 3 xhur sħaħ fejn ma kinux jafu x’sar minnha. Sakemm darba waħda tirċievi messaġġ mingħand Gianella, li kienet fi stat ħażin ħafna, fejn talbitha biex tgħinha u ma tħallihiex fil-ħofra li kienet tinsab fiha. Cynthia tgħid li dak kien verament it-turning point ta’ bintha u minn hemm bdiet taħdem sabiex tibdel ħajjitha.

Gianella tgħid kemm sabet sapport mill-ġenituri tagħha, inkluż minn missierha li waqt dan kollu kien marad bil-kanċer. Ix-xewqa tagħha kienet li qabel imut missierha jaraha clean, u proprju ftit qabel ma’ missierha miet f’idejha, waqfet tieħu d-droga.

Minn dakinhar ‘l hawn, Gianella baqgħet clean, u ilha sentejn u nofs.

Hija tgħid li llum missierha, minn fejn qiegħed, żgur li jinsab kburi ħafna biha.

“Il-Caritas lili tatni t-tifla żgħira li jien rabbejt lura, għax kont tliftha.” – Cynthia, omm Gianella

Il-Caritas għandha bżonn l-għajnuna tiegħek biex bil-qalb kollha tkompli tgħin aktar nies bħal Gianella u l-familja tagħha.

Bħalissa għaddejja l-maratona ta’ mħabba b’risq il-Caritas, sa nofsillejl, fuq l-istazzjonijiet kollha.

51002035 – €20

51902089 – €50

Pledge Line – 21331000

Bov Mobile – 79011655

Helpline – 21237935

Ftakar li bit-telefonata tiegħek tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks