Grupp ta’ Għawdxin inġabru quddiem il-qorti t’Għawdex biex jipprotestaw quddiem l-Arċisqof Charles Scicluna hekk kif xehed f’kawża ta’ teħid ta’ art li laqtet ħażin ħażin lil mijiet ta’ residenti u bdiewa ta’ Għawdex.
Huwa mifhum li l-Arċisqof xehed fil-kawża ta’ familja li ilha 4 snin tiġġieled l-attentat li titkeċċa minn darha fuq art li ilha tal-familja 130 sena.
Skont il-moviment Graffitti, l-art hija part minn żona ikbar li taqa’ taħt medjevali li kienet tiġbor il-flus għall-opri reliġjużi.
Jidher li n-nies li nġabru quddiem il-qorti biex jipprotestaw qiegħdin jiffaċċjaw sitwazzjonijiet simili u għalhekk ingħaqdu flimkien biex jesprimu s-solidarjetà u l-appoġġ tagħhom għal din il-familja u r-rabja u d-diżappunt tagħhom lejn l-Arċisqof.
