Ġie żviluppat trattament u vaċċin potenzjali ġdid għall-marda tal-Alzheimer minn tim ta’ xjenzati mir-Renju Unit u l-Ġermanja b’użu differenti tal-proteina beta amilojde.

Il-marda tal-Alzheimer hija l-aktar tip komuni ta’ dimenzja. Hija marda progressiva li tibda billi bil-mod titlef il-memorja u possibilment twassal għal diffikultajiet fil-komunikazzjoni. L-Alzheimer tinvolvi partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw il-ħsieb, il-memorja u l-lingwa.

Dawn l-iżviluppi qed jiġu kkonfermati mill-istudji u ttestjar li qed isir fuq ġrieden mir-riċerkaturi. L-antikorp ġie adattat mill-istess riċerkaturi u huwa kompatibbli mas-sistema immuni tal-bniedem.

Ir-riċerkaturi jemmnu li r-riżultat jista’ jwassal kemm għal trattament għal pazjenti li diġà żviluppaw il-marda kif ukoll vaċċin li jipproteġi lill-ġisem kontriha.

Ix-xjentisti qed jgħidu li minkejja li dan l-istudju għadu fi stadju bikri, jekk jiġu approvati fi provi kliniċi umani, jista’ jkun trasformattiv.

Huma jemmnu li jekk din il-kura tirnexxi u tiġi approvata, tista’ tbiddel il-ħajja ta’ ħafna pazjenti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks