Ċertament li ħafna minna għandna diversi memorji sbieħ tal-programm Mini Bugz, li għal diversi snin, minkejja li kien programm sinonimu l-aktar mat-tfal, kien jiġi segwit min-nies ta’ kull età.

Issa, se jkollok iċ-ċans li terġa’ ġġedded il-memorji ta’ Mini Bugz flimkien mal-karattri tant maħbuba Mini u Griz u karattri oħra familjari permezz tax-show li se jittella’ fi żmien il-Milied bl-isem ta’ MINI BUGZ: Christmas Reunion!

Is-sena l-oħra fil-Milied Griz irċieva faħam mingħand Santa Klaws u daħħalha f’rasu li jpattihielu. Sadanittant għal dan il-Milied, Mini xtaqet li tlaqqa’ lil kulħadd għall-ikla tal-milied. In-nanna Rożi ddeċidiet li l-ikel tieħu ħsiebu hi. Iżda minn taħt, Griz kellu pjan…..x’kien dan il-pjan? Min kien jaf bih? U n-nanna Rożi jirnexxilha ssajjar għal kulħadd?

Din se tkun l-istorja tax-show Mini Bugz: Christmas Reunion, li se jittella’ ġewwa MFCC, Ta’Qali, fis-26 ta’ Diċembru fit-15:30 u fis-27 ta’ Diċembru fit-20:30.


Se jkun ukoll spettaklu mimli kant u żfin u naturalment, xi daħka tajba ma tonoqsx!

Tista’ takkwista l-biljetti tiegħek minn hawn, u taf xiex? Hemm 1000 biljett bi prezz speċjali! Mela x’qed tistenna?! Ibbukkja issa, għax Mini u Griz qed jistennewk!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks