Select Page

Intervent mill-pulizija dalgħodu salva l-ħajja ta’ raġel li kien beħsiebu jwettaq suwiċidju minn fuq is-sur tal-Belt Valletta.

Wara aktar minn sagħtejn, il-pulizija rnexxielhom jikkonvinċu lir-raġel biex jinżel minn fuq is-sur.

Filwaqt li spikka l-pulizija li għannaq lir-raġel hekk kif niżel minn fuq is-sur, spikkaw il-kummenti xokkanti ta’ ċerti nies li nġabru jsegwu u saħansitra jħeġġu lir-raġel iwettaq is-suwiċidju.

F’filmati li ttellgħu fuq il-midja, jinstemgħu persuni jiżżufjettaw bix-xena li kienu qed jaraw u jħeġġuh jagħmel li kien beħsiebu jagħmel.

Bosta esprimew fuq il-midja soċjali, ir-rabja u d-dispjaċir tagħhom għal dawn ir-reazzjonijiet xokkanti kif ukoll gratitudni lejn il-pulizija li bis-saħħa tagħhom ġiet salvata ħajja.

Inħeġġu dejjem lil kull min għaddej minn żmien diffiċli biex ifittex l-għajnuna li għandu bżonn.

Il-helpline ta’ Richmond Foundation huwa 1770

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks