Ir-riċetta tal-lum hi sempliċi ħafna, u tista’ sserviha plain biz-zalza tat-tursin biss, jew jekk tippreferi tista’ żżidilha ingredjenti oħra bħal faqqiegħ, bejken, brokkoli mixwi, ġewż imqatta’, cherry tomatoes maqsum min-nofs…u diversi ingredjenti oħrajn. Jien użajt bejken u tursin biss.

Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):

500g Penne – jew għaġin ieħor

Żewġ imgħaref butir bla melħ

Żewġ imgħaref dqiq plain

300ml ħalib xkumat, imsaħħan

100g ġobon tat-tursina, imfarrak

Bżar, skont il-gosti tiegħek

4 slajsis bejken, (jekk trid)

Mgħarfa tursin frisk imqatta’

Metodu:

  • Ibda billi tgħalli l-għaġin skont il-ħin mogħti fuq il-pakkett.
  • Saffih u warrbu f’borma.
  • Ipprepara l-bejken (jekk ħa tużah).
  • Irranġa l-flieli tal-bejken fuq folja ta’ cartaforno fuq dixx tal-forn.
  • Sajjar fil-forn fuq nar qawwi sakemm il-flieli tal-bejken isiru iqarmċu, (madwar 10 minuti).
  • Oħroġhom mill-forn u poġġi l-bejken fuq karta tal-kċina. Imbagħad farrak il-bejken f’biċċiet żgħar b’idejk u poġġih fi skutella. Għalissa warrbu wkoll.
  • Dewweb il-butir ġo kazzola fuq nar medju.
  • Żid id-dqiq u sajjar għal xi żewġ minuti, ħawwad il-ħin kollu jekk jista’ jkun b’whisk tal-ħadid, sakemm isir qisu pejst u jibda jbaqbaq ftit. Tħallihx jinħaraq u jsir kannella!
  • Żid il-ħalib sħun, kompli ħawwad sakemm iz-zalza teħxien u ssir qisha krema.
  • Eżatt kif jibda jagħli, żid ġobon imfarrak u l-bżar.
  • Baxxi n-nar, u sajjar waqt li tħawwad għal żewġ minuti oħra.
  • Neħħih minn fuq in-nar, ferra’ z-zalza fuq l-għaġin u ħawwad sew sakemm l-għaġin ikun miksi kollu.
  • Erġa’ poġġi fuq in-nar għal madwar 3 minuti. Ħawwad kontinwament sakemm jisħon u jitħallat kollox sew.
  • Qassam l-għaġin fi platti u żid il-bejken imfarrak u t-tursin fuq il-wiċċ ta’ kull porzjon.
  • Servi immedjatament.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks