L-ewwel Prim Ministru mara tal-Iżvezja rriżenjat sigħat biss wara li nħatret.

Magdalena Andersson, li ġiet eletta bħala Prim Ministru l-Erbgħa filgħodu rriżenjat wara li l-Partit tal-Ħodor fil-koalizzjoni tagħha telaq mill-gvern u l-baġit tagħha m’għaddiex.

Minflok, il-parlament ivvota għal baġit imfassal mill-oppożizzjoni li jinkludi l-lemin estrem kontra l-immigranti.

Andersson qalet lill-ġurnalisti li ltaqgħet mal-ispeaker u qaltlu li tixtieq tirriżenja.

Il-Partit tal-Ħodor qal li ma setax jaċċetta baġit imfassal għall-ewwel darba mil-lemin estrem.

Magdalena Andersson qalet li tittama li terġa’ tipprova ssir Prim Ministru bħala mexxej tal-gvern ta’ partit wieħed.

L-ispeaker tal-kamra qal li se jikkuntattja lill-mexxejja tal-partiti dwar il-pass li jmiss.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks