Select Page

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li jekk wieħed se jistieden in-nies fiż-żmien ta’ festi li ġej, għandu jillimita n-numru ta’ mistednin jiġifieri jekk qabel kienet issir ikla b’numru kbir ta’ nies, dawn għandhom jinqasmu u minflok isiru ikliet żgħar.

Filwaqt li żiedet tgħid li għandna naraw li kemm jista’ jkun kulħadd ikun imlaqqam biex nipproteġu lil xulxin, qalet ukoll li jekk ikun bnazzi huwa tajjeb li noħorġu fuq barra u f’każ ta’ maltemp tiżdied il-ventilazzjoni tal-post.

Enfasizzat l-importanza li wieħed igawdi dawn il-jiem li ġejjin b’responsabilità, għaliex il-pandemija għadha tippersisti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks