L-awtoritajiet tas-saħħa tar-Renju Unit ikkonfermaw li nstabu żewġ persuni li huma infettati bil-varjant il-ġdid tal-Covid, li qed jissejjaħ Omicron.
Il-każijiet huma konnessi mal-ivvjaġġar fin-nofsinhar tal-Afrika, u ż-żewġ persuni jinsabu iżolati.
Il-varjant il-ġdid ġie identifikat ukoll fl-Afrika t’isfel, il-Botswana, il-Belġju, Ħong Kong u l-Iżrael.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li kull min jasal fil-pajjiż issa se jkollu jagħmel test tal-PCR fi żmien jumejn minn meta jidħol u jiżola lilu nnifsu sakemm jirċievi r-riżultat.
Ikkumenta
