Select Page

Iċ-ċermen Andrea Agnelli, il-viċi ċermen u eks plejer Pavel Nedved, u l-kap uffiċjal finanzjarju Stefano Cerrato, flimkien ma’ eks uffiċjali tal-Juve, jinsabu taħt investigazzjoni.

Fi stqarrija, il-prosekutur ta’ Turin Anna Maria Loreto qalet li l-investigazzjoni relatata ma’ trasferimenti bejn l-2019 u l-2021, qed tfittex jekk uffiċjali għolja tal-Juventus tawx komunikazzjonijiet foloz lill-investituri u ħarġux invoices għal tranżazzjonijiet ineżistenti.

Juventus, l-iktar klabb ta’ suċċess fl-Italja b’36 kampjonat, qalu li qed jikkoperaw mal-investigaturi u jemmnu li din l-investigazzjoni se tiċċara l-kwistjoni għaliex skont huma dejjem aġixxew f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti li jirregolaw it-tħejjija tar-rapporti finanzjarji.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks