Wara li l-ġimgħa li għaddiet intgħażlu l-ewwel sitt kontestanti mill-kategorija tal-bniet li qed jieħu ħsieb Ivan Grech, issa kien imiss il-kategorija tal-Overs.
Jekk il-ġimgħa l-oħra kienet sfida diffiċli għal Ivan biex jagħmel l-għażla tiegħu, ma kienet xejn inqas għal Ira, li bħal Ivan, kontra qalbha kellha telimina kontestanti li taw ukoll prestazzjoni mill-aqwa.
Cheryl Balzan, Dean Barton, Audrienne Fenech, Janice Azzopardi, Jastene Kate Pacis u Jimmy huma s-sitt kontestanti li Ira għażlet għall-fażi li jmiss, dik tal-Judges’ Houses.
Il-ġimgħa d-dieħla jmiss il-kategorija tas-subien li hija l-kategorija ta’ Howard Keith Debono.
Tgħid min se jkunu s-sitt kontestanti li jmiss?!
X Factor Malta jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM.
