Barbados tirrinunzja lir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap tal-istat tagħha u ssir repubblika kważi 400 sena wara li waslu l-ewwel bastimenti Ingliżi fil-gżira tal-Karibew.

Il-Prinċep Charles attenda ċ-ċerimonja li fiha ġie rtirat l-istandard irjali u Barbados ġiet iddikjarata repubblika.

Id-Dama Sandra Mason, li kienet il-Governatur Ġenerali ta’ Barbados, ħadet il-ġurament bħala l-ewwel president tal-pajjiż.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks