F’intervista fuq il-programm Insights li jixxandar fuq TVMNews+, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci fost oħrajn qalet li kull wieħed u waħda minna rridu nifhmu li qiegħdin f’pandemija u li hija responsabilità tagħna li nipproteġu lilna nfusna u lil ta’ madwarna, għaldaqstant m’hemmx għalfejn wieħed għandu jistenna sakemm jgħidlu pulizija biex jilbes il-maskra jew ma joqgħodx fi gruppi kbar.

Hija fakkret ukoll li persuni li huma mlaqqmin, jekk ikunu waħedhom jew sa tnejn fil-pubbliku jistgħu jneħħu l-maskra, madanakollu il-liġi li ma jistax ikun hemm ġemgħat ta’ iktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi għadha fis-seħħ.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks