F’intervista, l-eks President Amerikan Donald Trump akkuża lid-Dukessa ta’ Sussex li użat lill-Prinċep Harry u li turi diżrispett lejn ir-Reġina.

Huwa qal li ma kienx fan tad-Dukessa ta’ Sussex mill-ewwel jum tagħha, u li skont hu, Harry intuża b’mod orribbli u li xi darba se jiddispjaċih.

Żied jgħid li Meghan kienet il-kaġun li r-relazzjoni mal-familja tiegħu marret għall-agħar, u li dan il-fatt, skont Trump, iweġġa’ lir-Reġina.

Trump qal li Meghan qed tipprova tagħmel affarijiet li mhumiex xierqa u qed turi diżrispett lejn il-Familja Rjali u lejn ir-Reġina.

Din mhijiex l-ewwel darba li Donald Trump ikkritika lil Meghan għaliex dawn il-kummenti huma prattikament l-istess għal dawk li għażel f’Settembru tal-2020 wara li l-koppja wrew l-appoġġ tagħhom pubblikament lejn Joe Biden għall-presidenza.

Min-naħa l-oħra dejjem stqarr li għandu rispett kbir lejn ir-Reġina.

Waqt l-intervista, huwa ddeskriva lir-Reġina bħala mara u persuna kbira, u persuna storika.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks