Il-President tal-Malawi, Lazarus Chakwera, sejjaħ il-projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar imposti fuq il-pajjiżi Afrikani minħabba l-varjant il-ġdid tal-Covid, Omicron, bħala “Afrofobija”.
Huwa qal li kulħadd huwa mħasseb dwar il-varjant il-ġdid u rringrazzja lix-xjenzati tal-Afrika t’isfel li identifikawh qabel ħaddieħor. Madanakollu, huwa saħaq li l-projbizzjonijiet fuq il-pajjiżi Afrikani mir-Renju Uniti, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, l-Awstralja u oħrajn mhumiex meħtieġa.
Żied jgħid li l-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq ix-xjenza u mhux fuq li hu sejjaħ bħala “Afrofobija”.
Mexxejja Afrikani oħra kkundannaw ukoll il-projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar li ġew implimentati minħabba l-varjant il-ġdid. Il-President tal-Afrika t’isfel Cyril Ramaphoda qal li huwa diżappuntat ħafna bil-projbizzjonijiet u appella biex jitneħħew minnufih.
