Select Page

Wara ħafna preparamenti mit-tim kollu, wasalna għal Sibtek ieħor!


Din id-darba il-mistednin huma kollha ħbieb u bħal dejjem, kollha għandhom xi esperjenza tad-daħk x’jaqsmu magħna.

Il-mistednin se jkunu Corazon Mizzi, Wayne Aquilina, Svetlana Muscat u Pawla Gafà.

Waħda minn dawn il-mistednin se tiltaqa’ ma’ persuna għal blind date.

Sorpriża oħra waqt Sibtek li jmiss hija Prank Call li saret mit-tim ta’ Sibtek fuq xi ħadd minn dawn!!! Tgħid min minnhom?!

Hemm min se jmur lura fiż-żmien għax permezz tar-rokna Storja ta’ Ritratt, se jerġa’ jġedded memorji mill-passat tiegħu.

Il-mistednin, diversi ħbieb ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Il-koppja favorita tagħna Ryan u Josmar se jżommulna kumpanija assoluta għal Sibt ieħor, mill-12:15 ‘l quddiem fuq TVM.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, mela dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks