Raġel Taljan li ried ċertifikat tal-vaċċin mingħajr ma jieħu t-tilqima pprova juża id prostetika.
Ir-raġel ta’ 50 sena, mar għat-tilqima bl-id reali tiegħu mgħottija bl-id prostetika bit-tama li ma jindunawx.
Madanakollu, il-pjan ma rnexxiex għaliex inqabad minn infermiera u ġie rrappurtat lill-pulizija.
Ġie rrappurtat li r-raġel ipprova jipperswadi lill-infermiera biex tagħlaq għajnejha, iżda hi xorta waħda rrappurtatu lill-pulizija.
Il-pulizija lokali issa qed tinvestiga l-inċident f’Biella, fil-Majjistral tal-Italja.
Il-Ħamis li għadda, l-Italja rreġistrat aktar minn 16,800 każ ġdid tal-Covid-19 u 72 imwiet. Ftit aktar minn 73 fil-mija tal-pajjiż huwa kompletament imlaqqam.
Ikkumenta
