Select Page

Dan Il-Milied hija l-kanzunetta li Amber nediet ftit ġranet ilu flimkien ma’ vidjow mużikali prodott minn tribe. B’kitba ta’ Simon Bartolo, kompożizzjoni tagħha stess u Elton Zarb, u produzzjoni u arranġament ta’ Elton Zarb, Amber b’din il-kanzunetta tesprimi l-ferħ tal-imħabba fil-Milied.

Il-Milied fih innifsu jġib ħafna memorji u tifkiriet tal-passat. Iġib miegħu wkoll ħafna ferħ u sens ta’ pożittività.

Amber tgħidilna li l-kanzunetta titkellem dwar il-ferħ li wieħed iħoss meta jkollu l-imħabba, iżda fil-Milied tkun tinħass u tidher iktar speċjali, allura wieħed jagħmel il-kuraġġ biex jgħid “inħobbok”.

“Jekk fil-Milied tal-passat ma kontx kuntenta u forsi qatt ma sibt dak li ridt, issa nista’ ngħid li sibt l-imħabba u b’hekk dan il-Milied se jkun wieħed speċjali.”

Kull min huwa qrib ta’ Amber, jaf kemm il-Milied huwa għal qalbha u din il-kanzunetta hija l-ewwel silta oriġinali tagħha bit-tema tal-Milied.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks