Select Page

Wara l-kanzunetta oriġinali tagħha Dan il-Milied, Amber għadha kemm nediet ukoll interpretazzjoni ta’ God Rest Ye Merry Gentleman, fejn fiha ngħaqdet flimkien mal-kuġini tagħha Meghan (waħda mill-membri ta’ F.A.I.T.H) u Nicole.

Amber ħarġet bl-idea li tagħmel kollaborazzjoni mal-kuġini tagħha u ddeċidiet li tipprova b’kanzunetta tal-Milied.

Mindu kienu żgħar minn dejjem kienu jkantaw u jtellgħu l-ispettakli d-dar għall-kumplament tal-familja, iżda filwaqt li Amber u Meghan matul is-snin komplew jaħdmu fuq il-karriera tagħhom fil-mużika, Nicole qatt ma tat prijorità lill-kant. Madanakollu, Amber u Meghan jemmnu li għandha talent kbir.

Din hija l-ewwel kollaborazzjoni flimkien li ħarġet fil-pubbliku. Il-kanzunetta hija waħda mis-siltiet klassiċi tal-Milied u flimkien ħolqu l-verżjoni tagħhom. Il-vidjow li ġie prodott mill-kumpanija tribe, ġie meħud ġewwa kappella żgħira għaliex xtaqu li joħroġ l-element ta’ intimità u l-valur propja tal-Milied filwaqt li joħroġ l-aspett tat-tradizzjonijiet Maltin.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks