Smajt?! Il-koppja tant maħbuba li mdorrijin naraw kull nhar ta’ Sibt, Ryan u Josmar qed jaħdmu fuq proġett ġdid!

Dan il-proġett, Home Sweet Home, se jkun reality show b’differenza. U l-isbaħ ħaġa hi li int tista’ tkun parti minn dan il-proġett!

Kif?

Ryan u Josmar, bl-għajnuna tal-aqwa interior designers se jgħinuk tirranġa u tagħmel dik il-kamra jew il-kmamar fid-dar tiegħek.

Mhux biss se jieħdu ħsieb kollox huma sal-inqas dettal, iżda bl-għajnuna tal-isponsors, ikollok il-possibilità li tħallas biss in-nofs tal-baġit tiegħek!

Xi trid tagħmel? Faċli ħafna!

Wara li tistabilixxi l-baġit li ma tixtieqx taqbeż, ibgħat ritratti tal-kamra li tixtieq tbiddel u n-numru fejn jistgħu jikkuntattjawk, lil Ryan u Josmar permezz tal-paġna ta’ Facebook tagħhom: Ryan and Josmar | Facebook

Tista’ wkoll tibgħat imejl fuq: homesweethome@tvm.com.mt

Tinsab messaġġ biss ‘il bogħod biex il-ħolma tal-proġett tal-kamra tiegħek issir realtà!

Home Sweet Home, opportunità li ma tistax titlef! Ryan u Josmar qed jistennewk!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks