Mariella Pace Asciak, Philip Vella, Gerard James Borg u Ritianne Azzopardi huma l-mistednin ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek.
Xi ħadd minnhom se jġedded il-memorji tat-tieġ ta’ ħafna u ħafna snin ilu, u se jerġa’ jsir il-festin lajv fuq Sibtek.
Xi ħadd ieħor se jkollu sorpriża oħra, għax irid jimita kantanta popolari Maltija li marret il-Eurovision. Tgħid min?!
Ukoll waqt dan Sibtek se jkun hemm il-famuża prank call! Min kien il-vittma ta’ Josmar din id-darba?!
Il-mistednin ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan hu programm ieħor li ma tistax titlef!
Sibtek, kull nhar ta’ Sibt mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
