Select Page

Djoċesi Kattolika Rumana fi Sqallija skużat ruħha wara li ħarġu rapporti li l-Isqof tagħha qal lil grupp ta’ tfal li Santa Klaws ma jeżistix.

F’post fuq Facebook, id-djoċesi ta’ Noto qalet li l-intenzjoni tal-Isqof Antonio Stagliano ma kinitx li jkisser l-immaġinazzjoni u l-ferħ tal-Milied tat-tfal.

Id-direttur tal-komunikazzjoni tad-djoċesi esprima d-dispjaċir tiegħu għal din id-dikjarazzjoni u qal li l-Isqof kien qed jipprova jirrifletti fuq it-tifsira aktar sinifikanti tal-Milied, li tibda mill-figura storika ta’ San Nikola li jqassam ir-rigali lill-ifqar.

Rapporti tal-aħbarijiet Taljani kkwotat lil Stagliano jgħid waqt ċelebrazzjoni reliġjuża li Santa Klaws ma jeżistix u li l-kostum aħmar tiegħu inħoloq mill-kumpanija Coca-Cola għall-pubbliċità.

Filwaqt li wħud qablu li l-intenzjoni tal-Isqof kienet li jiffoka fuq it-tifsira Kattolika tal-Milied, bosta ġenituri esprimew ir-rabja tagħhom għad-diskors tiegħu għaliex ħassewhom li qed iħassar l-immaġinazzjoni tat-tfal tagħhom, speċjalment f’perjodu iebes minħabba l-pandemija.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks