Malta mistennija ssir l-ewwel pajjiż Ewropew li jillegalizza l-kultivazzjoni u l-pussess tal-kannabis għall-użu personali.

Ladarba l-liġi tiġi approvata mill-parlament, dawk li għandhom minn 18-il sena ‘l fuq, se jkunu jistgħu jkabbru sa 4 pjanti tal-kannabis fid-dar u jistgħu wkoll iżommu fuqhom sa 7 grammi għall-użu personali.

Din il-liġi mistennija tiġi segwita minn liġijiet simili fil-Ġermanja, l-Iżvizzera, il-Lussemburgu u l-Olanda.

L-Italja biħsiebha wkoll tagħmel referendum dwar jekk għandhiex tillegalizza l-kannabis is-sena d-dieħla.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks