Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-ispettaklu ta’ Ron fit-Teatru tal-Università – Ron Cocktail, li jwiegħed li jiċċajta, jiddeverti, jinki u jagħti spettaklu flimkien mal-mistednin speċjali, il-band u l-kor li se jkunu parti minn dan l-avveniment li se jittella’ ftit jiem qabel il-Milied.

Serata ta’ satira f’forma ta’ monologu hekk kif jingħata rendikont tas-sena li qed nagħlqu, fost kant, żfin u elementi oħra marbuta mad-dinja ta’ Ron, fosthom il-makjetta ma’ Mariele u d-Delli, u ċ-ċajta vojta tal-Milied ta’ Mark il-Kram!

Ron Cocktail se jittella’ nhar is-Sibt it-18 ta’ Diċembru fit-8 ta’ filgħaxija, u l-Ħadd id-19 ta’ Diċembru fis-6 ta’ filgħaxija.

Biljetti minn ticketline.com.mt.

L-avveniment qed isir bis-sapport tal-Event Support Scheme.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks