Waqt żjara fi klinika tat-tilqim f’Kennington, fin-nofsinhar ta’ Londra, il-Prinċep Charles ikkritika dawk li skont hu huma teoriji ta’ konspirazzjoni dwar il-vaċċin tal-Covid-19.

Hekk kif ta’ ġieħ lit-tim mediku u l-voluntiera tal-klikka li qed jaħdmu biex jagħtu madwar 3,000 tilqima tal-booster kuljum, huwa qal li t-teoriji ta’ konspirazzjoni huma frustranti u ma jagħmlux sens.

Huwa ltaqa’ u tkellem ukoll ma’ xi wħud li kienu qed jistennew biex jieħdu l-booster tagħhom.

Iż-żjara tal-Prinċep Charles fiċ-ċentru tat-tilqim saret ġimgħa wara li hu u Camilla żvelaw li ħadu l-booster tagħhom u ħeġġew lin-nies biex jagħmlu l-istess.

Il-Prinċep Charles mhuwiex l-ewwel membru tal-familja rjali li tkellem fil-miftuħ dwar informazzjoni ħażina dwar il-vaċċin.

Meghan u l-Prinċep Harry fil-fatt ilhom jikkampanjaw favur il-vaċċin tal-Covid-19 minn nofs din is-sena.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex tkellmu wkoll f’diversi okkażjonijiet dwar l-importanza li tiġi eliminata kull informazzjoni ħażina u falza dwar il-vaċċin biex in-nies madwar id-dinja jkunu aktar kunfidenti biex jipproteġu ruħhom kontra l-Covid-19.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks