Il-konkors ta’ Miss World ta’ din is-sena ġie pospost wara li diversi persuni involuti fl-avveniment, inklużi 23 mis-97 kontestant, irriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Il-mudella Naomi Dingli li hija r-rappreżentanta ta’ pajjiżna kkonfermat li t-test tagħha rriżulta negattiv, madanakollu hija kellha tirritorna lura lejn Malta.

Fi stqarrija maħruġa sigħat qabel il-finali, l-organizzaturi qalu li se jipposponu fl-interess għas-saħħa u s-sigurtà tal-kontestanti, l-istaff u l-pubbliku ġenerali..

Ir-rappreżentanti tal-Malasja kkonfermaw li l-kontestanta tagħhom, Lavanya Sivaji, kienet fost dawk li rriżultaw pożittivi.

Miss World Indonesia wkoll ikkomfermat li rriżultst pożittiva.

B’kollox hemm 38 każ pożittiv assoċjati ma’ Miss World, 23 minnhom huma kontestanti.

L-organizzaturi qalu li l-finali ta’ Miss World se jsir fi żmien tliet xhur oħra.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks