Select Page

llum, il-Papa Franġisku għalaq 85 sena. Il-predeċessur tiegħu kien irtira f’din l-età u l-aħħar Papa li għex aktar kien il-Papa Leo XIII, li miet fl-età ta’ 93 sena fl-1903.

Madankollu, il-Papa Franġisku qed jirnexxilu jikkumbatti mhux biss l-età iżda wkoll l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija u anke xi interventi mediċi li għamel fis-Sajf li għadda, u baqa’ għaddej bil-ħidma papali tiegħu.

Riċentament huwa żar Ċipru u l-Greċja, filwaqt li ż-żjara tiegħu f’Malta ġiet posposta għas-sena d-dieħla.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks