Ingredjenti (għal 20 gallettina, skont id-daqs):
350g dqiq plain
125g butir, imqatta’ f’biċċiet
Kuċċarina bikarbonat tas-soda
Żewġ kuċċarini trab tal-ġinġer
Kuċċarina trab tal-kannella
Bajda
175g zokkor ismar
4 imgħaref Golden syrup

Metodu:
- Għarbel id-dqiq, il-bikarbonat tas-soda, il-ġinġer u l-kannella flimkien.
- Żid il-butir, u ħawwad sakemm it-taħlita tiġi bħal frak tal-ħobż.
- Żid iz-zokkor ftit ftit u ħawwad sew.
- Ġo skutella żgħira ħabbat il-bajda u l-golden syrup flimkien.
- Imbagħad żidhom mat-taħlita tal-gallettini.
- Ħallat kollox sew u mbagħad agħġen l-għaġina b’idejk għal ftit sekondi.
- Aqsam l-għaġina f’żewġ biċċiet u kebbeb kull biċċa fi clingfilm.
- Agħfas kull biċċa b’idejk sakemm jiġu forma ta’ disc irqiqa.
- Dan jgħin biex l-għaġina tiksaħ u tagħqad aktar malajr.
- Poġġi l-biċċiet tal-għaġina fil-friġġ u ħallihom għal mhux inqas minn siegħa.
- Saħħan il-forn u pprepara żewġ pjanċi tal-forn miksijin b’karta tal-forn.
- Oħroġ l-għaġina u iftaħha b’lembuba għal madwar 0.5cm ħxuna.
- Din l-għaġina xorta se tkun xi ftit iddellek. Allura uża dqiq kemm għandek bżonn biex tkun tista’ tiftaħha sew.
- Aqta’ l-għaġina f’forom li tixtieq u poġġihom fuq il-pjanċa tal forn. Dejjem ħalli ftit spazju bejn kull waħda biex ma jeħlulekx ma’ xulxin jekk jikbru xi ftit fil forn.
- Aħmihom għal bejn 12 u 15-il minuta, jew sakemm jieħdu kulur kannella dehebi.
- Ħallihom jiksħu kompletament qabel ma żżejjinhom.
- Imbagħad iżżejjenhom skont il gosti tiegħek….b’xi ħelu, jew biċ-ċikkulata mdewba, jew bir Royal icing.
Jekk tixtieq tagħmel daqs kikkra Royal icing:
- Ħabbat żewġ abjad tal-bajd ma’ nofs kuċċarina essenza tal-vanilla sakemm ittella’ qisha ragħwa ħafifa.
- Imbagħad żid żewġ kikkri icing sugar u ħawwad sakemm il-ġelu jagħqad ftit.
- Aqsam it-taħlita fi skutelli żgħar u żid kulur tal-ikel differenti skont il-gosti tiegħek.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi