Select Page

L-ewwel sms li ntbagħat fid-dinja kien wieħed sempliċi, li kien jgħid “Il-Milied it-Tajjeb”, u ntbagħat fit-3 ta’ Diċembru tal-1992 minn Neil Papworth, impjegat ta’ kumpanija Ingliża tal-kompjuter lid-direttur tal-Vodafone, Richard Jarvis.

Neil kien qed jaħdem bħala żviluppatur u inġinier biex joħloq is-servizz tal-sms. Sena wara fl-1993, in-Nokia introduċa dak il-famuż ħoss li ċertament ilkoll niftakru, li jindika li jkun daħal messaġġ.

Għall-ewwel, il-messaġġi kellhom limitu ta’ 160 character. Dawk li adottaw il-bidu ħadu ħsieb dan billi vvintaw dak li jissejjaħ “txt spk”, kliem fil-qosor, u emoticons, simboli magħmula minn karattri tat-tastiera biex juru l-emozzjonijiet. Dawn aktar tard ispiraw il-ħolqien tal-ewwel emojis.

Madwar disa’ snin wara l-ewwel SMS ta’ Neil, il-messaġġi setgħu finalment jiġu inklużi fuq diversi netwerks, u b’hekk wassluhom għal popolarità akbar minn qatt qabel.

Illum, il-Vodafone qed tirkanta l-ewwel SMS fl-istorja dinjija u d-dħul se jmur għall-aġenzija tan-NU tar-refuġjati. Se jiġi offrut f’forma ta’ token diġitali.

L-offerent rebbieħ se jakkwista replika dettaljata u unika tal-protokoll ta’ komunikazzjoni oriġinali li trażmettiet l-ewwel sms. L-irkant se jitmexxa f’Pariġi minn Aguttes, l-ewwel dar tal-irkant indipendenti fi Franza.

Ix-xerrej se jħallas bil-munita crypto Ether. Il-Vodafone qed tgħaqqad l-ewwel innovazzjoni dinjija minn kważi 30 sena ilu, mat-teknoloġija avvanzata tal-lum, qalet il-kumpanija fi stqarrija.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks