Stqarrija mill-uffiċċju tal-president qalet li fil-jiem li ġejjin, il-President u Sinjura Vella se jkunu f’iżolament wara li saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
L-istqarrija tgħid ukoll li minkejja li huma rriżultaw negattivi għall-Covid-19, iddeċidew li xorta waħda se jiżolaw ruħhom bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Sadanittant saru arranġamenti biex l-appuntamenti uffiċjali tal-President jiġu posposti għal jiem oħra jew isiru xort’oħra.
Ikkumenta
