Buckingham Palace ikkonferma li r-Reġina se tqatta’ l-Milied fil-kastell ta’ Windsor u mhix se tivvjaġġa lejn Sandringham, kif tagħmel tradizzjonalment minħabba ż-żieda ta’ każijiet ġodda tal-varjant omicron.

Huwa mifhum li din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsiderazzjoni bir-reqqa.

Il-membri tal-familja se jkunu qed iżuru Windsor matul dan iż-żmien ta’ festi u se jittieħdu prekawzjonijiet sensibbli.

Ir-Reġina u l-familja tagħha normalment jimxu minn Sandringham Estate f’Norfolk għall-knisja lokali fil-Milied filgħodu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks