Ikompli jiżdied in-numru ta’ każijiet ġodda tal-Covid-19 f’Malta hekk kif illum ġew irrappurtati 582 każ ġdid, l-ogħla numru f’ġurnata mindu bdiet il-pandemija.

94 persuna fiequ, filwaqt li żewġ persuni mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, fl-età ta’ 52 u 53 sena.

Bħalissa hemm 47 jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei, b’4 minnhom fit-taqsima tal-kura intensiva.

It-total ta’ każijiet attivi issa tela’ għal 2991.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks