Select Page

Wara diskussjonijiet li seħħew matul dawn l-aħħar sigħat fid-dawl tal-iżviluppi u s-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-Covid-19, l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, qed tħassar l-avveniment ippjanat ta’ lejlet l-ewwel tas-sena.

Dan l-avveniment kellu jsir fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta bħala parti mill-programm Christmas in the City.

Minflok, l-ispettaklu li kien ippjanat se jkun qed isir f’forma ta’ produzzjoni għat-televiżjoni minn ġewwa Forti Sant’Iermu skont dak li jippermettu l-protokolli.

Din se tkun qed tixxandar live fuq TVM, ONE u NET TV, biex l-ispettaklu jitgawda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks