Sibtek Speċjali f’Jum il-Milied ma’ Ryan u Josmar. Se jkun hemm diversi personalitajiet fosthom Claudia Faniello, Gianni Zammit, Kurt Calleja u Maryrose Mallia. Dawn kollha għandhom sorpriża ħelwa f’dan il-jum speċjali.

Din l-edizzjoni speċjali ta’ Sibtek se tixxandar nhar is-Sibt fuq TVM fil-12.15 eżatt waqt ħin l-ikla tal-Milied.

Min se jkollu l-blind f’Jum il-Milied?!

Programm mimli mużika lajv tal-Milied, allegrija u divertiment.

Il-mistednin ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna f’Jum il-Milied.

Ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding u ħafna kantanti oħra.

Il-Milied it-Tajjeb ma’ Sibtek!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks